Ġeografija u Storja
Dwar Birkirkara
Birkirkara kienet u għadha waħda mill-akbar lokalitajiet f’Malta b’popolazzjoni ta’ madwar 23,000 ruħ. Minbarra ż-żona li tokkupa llum, fl-imgħoddi kienet tinkludi żoni oħra fejn illum wieħed isib irħula u bliet oħra. Dawn kienu Santa Venera, parti mill-Ħamrun, l-Imsida, Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, Ħal Mann u Ħal Bordi. Aktar ma għadda ż-żmien, dawn il-postijiet inqatgħu minn Birkirkara u saru parroċċa waħedhom minħabba li l-popolazzjoni tagħhom dejjem bdiet tikber.